F’Birżebbuġa hemm Health Clinic waħda li toffri servizzi lir-residenti b’appuntament. It-tabib u l-infermiera jassistu lill-pazjenti f’każijiet ta’ irjiħat u jieħdu wkoll il-pressjoni tal-pazjenti. Każijiet serji jingħataw attenzjoni wkoll jekk il-ħin tal-klinika jippermetti. Minħabba l-fatt li hemm żieda fid-domanda tan-nies, kull tliet ġimgħat it-Tnejn qed jiġu estiżi s-sigħat. Din il-klinika wkoll, toffri servizzi ta’ Speech Theapy.